Saturday, May 18, 2024

Serie A: Skoss ieħor għal Juventus

Aqra wkoll

Giacomo Raspadori skorja l-goal rebbieħ fit-88 minuta hekk kif Napoli għelbu lil Juventus  bl-iskor ta’ 2-1 biex resqu eqreb lejn iż-żona Ewropea.

Victor Osimhen kellu penalty  salvat minn Wojciech Szczesny, iżda Raspadori skorja mir-rebound.

Federico Chiesa deher li kiseb d-draw għal Juventus wara li skorja fil-81 minuta, hekk kif xeħet fir-rokna tax-xibka. 

Volley devjat ta’ Khvicha Kvaratskhelia kien fetaħ l-iskor għall-Partenopei. 

Juventus, li lagħbu għall-ewwel darba minn meta ġiet konfermata s-sospensjoni ta’ Paul Pogba għal erba’ snin għal reat ta’ doping, tilfu ċansijiet tagħhom stess hekk kif Dusan Vlahovic laqat il-lasta.

It-telfa tfisser li Juventus fit-tieni post jinsabu 12-il punt taħt il-leaders Inter li llum jilagħbu kontra Genoa.

Sport