Monday, May 13, 2024

Servizzi tas-saħħa mifruxa madwar il-pajjiż kollu

Aqra wkoll

Is-servizzi tas-saħħa mhumiex offruti biss fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dawn jiġu offruti wkoll fl-Isptar Karen Grech, fir-residenza San Vinċenz de Paule, fl-Isptar Monte Karmeli u f’partijiet mill-Isptar San Luqa.

Ikkonferma dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kien qiegħed iwieġeb għad-domanda parlamentari li saritlu mid-deputat Nazzjonalista Adrian Delia.

Il-Ministru Abela kompla biex jikkonferma li s-servizzi jingħataw ukoll f’numru ta’ ċentri tas-saħħa u f’bereġ ta’ lokalitajiet differenti.

Żied jispjega li jeżistu wkoll servizzi li ġew kuntrattati lil sptarijiet u kliniċi privati, liema servizzi jinsabu fil-proċess li jkunu estiżi.

Sport