Sewwieq ta’ mutur li għandu 39 sena minn Ħal Lija qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied fl-Iklin.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Keeway
misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.