Sewwieq ta’ mutur li għandu 29 sena residenti San Pawl il-Baħar, qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li llum għall-ħabta tat-8:10 a.m, kien involut fi Triq Buqana fir-Rabat.
Minn stħarriġ illi sar, rriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur Honda 125 misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Mercedes GLC220 li kienet wieqfa fit-traffiku.
Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.