Saturday, December 28, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura li baqgħet sejra fil-Mosta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 50 sena residenti l-Mosta jinsab fil-periklu talmewt, wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:15 p.m, kien involut f’inċideit tat-traffiku fi Triq iż-Żejfa fil-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma li kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha, weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura li telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Waqt dan l-inċident l-istess vettura laqtet Toyota Yaris li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 75 sena residenti Tal-Pietà u Hyundai Atoz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Mosta. Dawn iż-żewġ persuni ma sofrewx ġrieħi.

Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u t-tfittxija għall-vettura involuta, għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport