Thursday, October 15, 2026
Home Sport UEFA Europa League: Crystal Palace megħluba minn Lyon

UEFA Europa League: Crystal Palace megħluba minn Lyon

0
47

Crystal Palace marru Franza u sfaw megħluba minn Lyon bl-iskor ta’ 3-2 biex dawn tal-aħħar kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva f’dan l-istaġun tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Europa League. 

Corentin Tolisso fetaħ l-iskor wara tmien minuti, qabel ma Ernest Nuamah irdoppja ftit qabel il-mistrieħ wara azzjoni ma’ Keito Nakamura. 

Il-Palace rreaġixxew fil-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ Yeremy Pino, iżda Pavel Sulc reġa’ kabbar il-vantaġġ ta’ Lyon. 

Daichi Kamada naqqas id-distakk għall-Ingliżi, iżda Lyon żammew ir-rebħa. B’dan ir-riżultat, Lyon irreġistraw is-sitt rebħa konsekuttiva tagħhom fil-fażi tal-kampjonat ta’ din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom, filwaqt li Palace sofrew it-tieni telfa fl-aħħar 13-il logħba Ewropea.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here