Thursday, October 15, 2026
Home Sport Sheikh mill-Qatar irid jinvesti fil-club ta’ Inter

Sheikh mill-Qatar irid jinvesti fil-club ta’ Inter

0
45

Skont rapporti fil-media Taljana, bħalissa għaddejjin taħditiet bejn Sheikh mill-Qatar u Oaktree Capital Management

Min hija Oaktree Capital Management? Din hija kumpanija Amerikana ta’ investiment li tispeċjalizza prinċipalment fl-investimenti alternattivi, fosthom id-dejn, il-kreditu u l-assi li jistgħu jinxtraw meta kumpanija tkun għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji.

Fil-football Taljan, Oaktree hija magħrufa bħala s-sid ta’ Inter. Il-kumpanija ħadet il-kontroll tal-club f’Mejju tal-2024, wara li l-eks sid Ċiniż, Steven Zhang u l-kumpanija tiegħu, Suning, naqsu milli jħallsu lura self li kienu ħadu mingħand Oaktree.

Oaktree għandha kontroll indirett ta’ madwar 99.6% tal-ishma ta’ Inter, skont l-istqarrija uffiċjali tal-club – inter.it

Għaliex qed tissemma bħalissa? Rapport ippubblikat mill-gazzetta Taljana Corriere della Sera, jgħid li l-fond Al Mirqab, marbut max-Sheikh u eks Prim Ministru tal-Qatar, Hamad bin Jassim bin Jaber Al Thani (HBJ), wera interess li jixtri sehem minoritarju f’Inter mingħand Oaktree. Madankollu, il-kuntatti għadhom esploratorji u ma jfissrux li ntlaħaq ftehim jew li Oaktree beħsiebha tbigħ il-kontroll tal-club.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here