Saturday, November 30, 2024

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-1.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret il-Gudja, l-Gudja.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda XR250 misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Għaxaq u Nissan Micra misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Gudja.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport