Sunday, May 19, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:00 a.m., weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Toyota Vitz misjuqa minn Taljan ta’ 24 sena u mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Wied il-Għajn.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport