Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 40 sena residenti Ħ’Attard qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li dalgħodu għall-ħabta tal-5:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħ inċident bejn mutur Honda misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 42 sena u residenti Tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport