Thursday, April 24, 2025

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tad-9.30am kien involut f’inċident tat-traffiku fil-fil-Marsa/Ħamrun bypass, Il-Marsa.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW X5 misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport