Saturday, May 4, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza f’San Ġwann

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn van Toyota Regius misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti Marsaskala u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 54 sena residenti s-Siġġiewi. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport