Monday, April 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 45 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.50a.m. fi Triq il-Ħammieri, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha, misjuq mill-vittma u Toyota Starlet, misjuqa minn raġel ta’ 78 sena residenti Ħal Qormi.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport