Monday, May 13, 2024

Sewwieqa Maltin jiddistingwu ruħhom fi Sqallija

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Mill-Ġimgħa 20 sal-Ħadd, 22 ta’ Ottubru, seba’ sewwieqa tal-karting Maltin ikkompetew f’Triscina International Circuit f’Castelvetrano fi Sqallija, l-Italja.

Is-sewwieqa huma, Ayrton Jon Tonna, Morgan Tyler Zammit Azzopardi, Kimi Bugeja, Daniel Abela, Cody Darmanin, Timothy Zarb u Andrei Fenech.

Bugeja saq fil-klassi 60 Mini u spiċċa fl-ewwel post, Abela spiċċa il-ħames fil-GR3 Over, Zarb spiċċa l-ħames fil-X30 Junior, Fenech l-ewwel fl-Entry Level, u Darmanin, Zammit Azzopardi, u Tonna spiċċaw fit-tmien, ir-raba u tieni post rispettivament fl- GR3Under. Tonna ġie ddikjarat uffiċjalment Champion għar-reġjun ta Sqallija tal-GR3Under u għandu jirrappreżenta lil Sqallija fil-finali Taljani fi tmiem il-ġimgħa.

Sport