Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Sewwieqa Maltin se jikkompetu fl-Italja fost l-aqwa sewwieqa tal-Karting minn madwar id-dinja

Sewwieqa Maltin se jikkompetu fl-Italja fost l-aqwa sewwieqa tal-Karting minn madwar id-dinja

0
420

14-il sewwieq tal-Karting jinsabu fi triqithom lejn Lonato fl-Italja biex ikunu jistgħu jikkompetu fil-21 edizzjoni tar-Rok Cup Superfinals bejn il-11 u l-14 ta’ Ottubru.

Westwood Benjamin qed jikkompeti fil-klassi Mini Rok Class, Gauci Kian, Grech Migel Javier u Micallef Jacob se jkunu qegħdin jikkompetu fil-klassi Junior Rok, Borg Ryan, Camilleri Andreas, Nicky Gauci, Mallia Kane, Mizzi Clayton, Scicluna Micah u Toscano Salvatore se jkunu qed jikkompetu fil-klassi Senior Rok, filwaqt li Vassallo Glenn u Zammit Neville se jikkompetu fil-klassi tal-Expert.

Dawn it-tlielaq mistennija jattiraw l-aqwa sewwieqa tal-Karting minn madwar id-dinja kollha.