Wednesday, July 24, 2024

Sewwieqa ta’ mutur tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Sewwieqa ta’ mutur qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-8:00 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku, fi Triq Birżebbuġa, f’Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma kienet qed isuq mutur Honda CRF meta kellha impatt ma’ vann Toyta Dyana misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti in-Naxxar.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, sakemm imbagħad ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex tingħata aktar kura.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport