Saturday, October 5, 2024

Rekords nazzjonali għal Pellegrini, Bonnici u Bonello fl-Atletika

Aqra wkoll

Graham Pellegrini kkonferma l-forma eċċellenti Ii għaddej minnha bħalissa meta kiser ir-rekord nazzjonali fuq l-400m waqt li kien qed jirrappreżenta lill-pajjiżna bil-Kampjonati tal-Atletika Indoor tal-Balkani, fl-Atakoy Arena f’Istanbul. Huwa ġera d-distanza f’ħin mill-aqwa ta’ 47.55s, prestazzjoni li biha kklassifika quddiem atleti minn nazzjonijiet stabbiliti fl-atletika, fosthom il-Bulgarija, l-Ukrajna u l-Moldova.

Lura f’Malta, Athletics Malta organizzat it-tielet u l-aħħar Pre-Season Meeting fil-Marsa u minkejja riħ qawwi numru ta’ atleti kellhom wirjiet b’saħħithom fl-aħħar sforz biex jaslu fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-Kampjonati tax-Xitwa tat-tmiem il-ġimgħa li ġej.

Fit-trakka, Isaac Bonniċi wara l-prestazzjoni u rekord ġimgħa qabel f’Belgrad, ma ddiżappuntax bl-atleta ta’ Rush AC jirbaħ it-tellieqa ta’ 600m f’1:21.05, biex b’hekk kiser ir-rekord nazzjonali li kien f’idejn Christian Luke Chetcuti (1:21.80). Meta wieħed iqis li Bonnici għad irid jagħlaq it-18-il sena, dan fisser li r-rekord tiegħu jgħodd ukoll fil-kategoriji Under 23 u Under 20.

Fil-qbiż, Nicolai Bonello jkompli jibbrilla b’rekord nazzjonali ieħor fil-pole vault, din id-darba jikser ir-rekord tiegħu stess, l-ewwel għal 4.62m u ftit wara għal 4.65, f’wirja li turi l-progress b’saħħtu ta’ dan l-atleta ta’ La Salle.

Fit-tfigħ, tisraq ix-xena Bianca Shoemake b’tefa’ ta’ 56.37m fil-hammer, li fisser li l-atleta ta’ Rush AC tikser ir-rekord nazzjonali tal-Under 18 iżda wkoll tikseb għaliha post fil-Kampjonati Ewropej tal-istess ta’ taħt it-18-il sena li se jsiru fl-iSlovakkja aktar tard din is-sena kif ukoll fil-Kampjonati tal-Balkani tal-istess kategorija.

Rekords nazzjonali għal Pellegrini, Bonnici u Bonello fl-Atletika

Graham Pellegrini kkonferma l-forma eċċellenti Ii għaddej minnha bħalissa meta kiser ir-rekord nazzjonali fuq l-400m waqt li kien qed jirrappreżenta lill-pajjiżna bil-Kampjonati tal-Atletika Indoor tal-Balkani, fl-Atakoy Arena f’Istanbul. Huwa ġera d-distanza f’ħin mill-aqwa ta’ 47.55s, prestazzjoni li biha kklassifika quddiem atleti minn nazzjonijiet stabbiliti fl-atletika, fosthom il-Bulgarija, l-Ukrajna u l-Moldova.

Lura f’Malta, Athletics Malta organizzat it-tielet u l-aħħar Pre-Season Meeting fil-Marsa u minkejja riħ qawwi numru ta’ atleti kellhom wirjiet b’saħħithom fl-aħħar sforz biex jaslu fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-Kampjonati tax-Xitwa tat-tmiem il-ġimgħa li ġej.

Fit-trakka, Isaac Bonniċi wara l-prestazzjoni u rekord ġimgħa qabel f’Belgrad, ma ddiżappuntax bl-atleta ta’ Rush AC jirbaħ it-tellieqa ta’ 600m f’1:21.05, biex b’hekk kiser ir-rekord nazzjonali li kien f’idejn Christian Luke Chetcuti (1:21.80). Meta wieħed iqis li Bonnici għad irid jagħlaq it-18-il sena, dan fisser li r-rekord tiegħu jgħodd ukoll fil-kategoriji Under 23 u Under 20.

Fil-qbiż, Nicolai Bonello jkompli jibbrilla b’rekord nazzjonali ieħor fil-pole vault, din id-darba jikser ir-rekord tiegħu stess, l-ewwel għal 4.62m u ftit wara għal 4.65, f’wirja li turi l-progress b’saħħtu ta’ dan l-atleta ta’ La Salle.

Fit-tfigħ, tisraq ix-xena Bianca Shoemake b’tefa’ ta’ 56.37m fil-hammer, li fisser li l-atleta ta’ Rush AC tikser ir-rekord nazzjonali tal-Under 18 iżda wkoll tikseb għaliha post fil-Kampjonati Ewropej tal-istess ta’ taħt it-18-il sena li se jsiru fl-Islovakkja aktar tard din is-sena kif ukoll fil-Kampjonati tal-Balkani tal-istess kategorija.

Sport