Wednesday, July 24, 2024

José Mourinho minflok Thomas Tuchel fit-tmexxija tat-team ta’ Bayern M.?

Aqra wkoll

Rapporti fil-media Ġermaniża qed isostnu li l-coach, José Mourinho, qed jiġi segwit minn Bayern Munich biex jieħu post Thomas Tuchel.

Hu mifhum li l-Portugiż qed jieħu l-lezzjonijiet tal-lingwa Ġermaniża.

L-eks manager ta’ Chelsea, li tkeċċa minn AS Roma ix-xahar li għadda, jingħad li jinsab ħerqan biex jieħu din il-kariga hekk kif Tuchel jista’ jitkeċċa f’Ġunju li ġej jekk ma jirbħu l-kampjonat wara li nhar is-Sibt li għadda, Bayern sfaw umiljati bl-iskor ta’ 3-0 minn Bayer Leverkusen.

Dan ir-riżultat iħalli lill-Bavarjani ħames punti taħt Leverkusen li huma l-leaders assoluti tal-Bundesliga.

Ekonomija

Sport