Monday, May 13, 2024

Sidien ġodda għal Brentford?

Aqra wkoll

Brentford huma mistennija li jkollhom sidien ġodda fil-jiem li ġejjin hekk kif Matthew Benham li bħalissa hu s-sid ewlieni tal-klabb qed ifittex msieħba ġodda.

Il-ġurnali Ingliżi qed isostnu li Benham jixtieq jibqa’ jkollu parti mill-ishma tal-klabb iżda għandu bżonn l-għajnuna għax ġie kkwotat jgħid li għejja ferm imexxi kollox waħdu.

Brentford huma mlaqqmin The Bees, ġew imwaqqfa fl-1889 u bħalissa jinsabu jikkompetu fil-Premier League Ingliż.

Sport