Wednesday, July 24, 2024

Siġra unika tal-Milied f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Madonna ta’ Loreto, ftit passi ‘l bogħod mil-entratura prinċipali ta’ Bethlehem f’Għajnsielem li se jkun miftuħ għall-pubbliku mis-Sibt 16 ta’ Diċembru, hemm siġra unika tal-Milied b’għoli ta’ 65 pied u dekorata b’aktar minn 4,950 flixkun tal-ħġieġ li ġiet inawgurata nhar il-Ħadd 10 ta’ Diċembru  mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u mbierka mill-Arċipriet tal-lokal il-Kan. Frankie Bajada. 

Disinn ta’ siġra oħra differenti minn dawk li naraw matul dawn il-ġranet tal-Milied hi dik li tintrama’ mir-residenti tal-lokal ta’ Santa Luċija fuq medda ta’ art tul l-għolja ta’ Għar ilma u titgawda tul it-triq dawk li jżuru s-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu u l-lokalitajiet tal-Punent tal-gżira Għawdxija.
 

Ekonomija

Sport