Sunday, July 26, 2026
Home Sport Silvio Berlusconi kuntent ma’ Monza iżda xorta jibqa’ partitarju ta’ Milan 

Silvio Berlusconi kuntent ma’ Monza iżda xorta jibqa’ partitarju ta’ Milan 

0
452
Ritratt: Silvio Berlusconi Twitter

F’intervista li ta lil waħda mill-gazzetti influwenti Taljani, il-president ta’ Monza Calcio Silvio Berlusconi qal li qalbu għadha tħabbat għal AC Milan u ammetta li hu wieħed mill-akbar partitarji tar-Rossoneri.  

Mistoqsi dwar l-ewwel staġun ta’ Monza fis-serie A, Berlusconi qal li jinsab ferm kuntent b’dawk li għamlu l-plejers tal-klabb min-naħa ta’ fuq tal-Italja u l-fatt li ġabu 34 punt u salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni kien xhieda ta’ kemm il-plejers ħadmu qatigħ sabiex waslu għal dan it-tragward.  

Monza jinsabu fit-13-il post tal-klassifika meta kisbu 34 punt minn 28 logħba.