It-tim tan-nisa ta’ Sirens ASC temmew l-istaġun bi stil wara li assiguraw it-titlu tal-BOV Summer League b’rebħa impressjonanti ta’ 25-10 kontra San Ġiljan ASC.
Dan it-trijonf itemm staġun notevoli 2025/26 għal Sirens, u żied unur ieħor maġġuri ma’ staġun mimli suċċess.
It-tim rebaħ ukoll l-Enemed Cup, it-Nordic League Final 8 Trophy, il-BOV Winter League u l-IsportMalta Cup, u b’hekk dan kien bla dubju staġun memorabbli għall-klabb.
Prosit lill-players, lill-coching staff u lil kull min kien involut f’dan il-kisba storika. Sena meraviljuża għall-klabb tal-waterpolo tan-nisa ta’ Sirens ASC!




