Turista Franċiża tingħata sentenza sospiża wara li ammettiet li serqet mowbajl

Aqra wkoll

Il-mara ta’ 52 sena ammettiet li serqet mobile phone minn ħanut f’San Pawl il-Baħar waqt li kienet fuq btala f’Malta. L-apparat aktar tard ġie rkuprat u rritornat lill-pulizija.

Ludivine Greca, ċittadina Franċiża ta’ 52 sena li taħdem bħala telephone operator, ammettiet li serqet mowbajl mill-istabbiliment 777 Vapes and Spirits f’San Pawl il-Baħar waqt li kienet fuq btala f’Malta.

Greca ġiet mixlija b’serq aggravat bil-valur, pero l-valur tal-oġġett misruq ma jaqbiżx l-€2,329.37.

Il-Qorti semgħet kif il-mowbajl misruq ġie rkuprat u rritornat lill-pulizija, u għalhekk ma kienx hemm bżonn ta’ kumpens.

Fid-dawl tal-ammissjoni bikrija tagħha, il-kooperazzjoni mal-pulizija u l-fatt li l-oġġett misruq ġie rkuprat, il-prosekuzzjoni qalet li ma kinitx qed tinsisti fuq sentenza effettiva ta’ priġunerija.

Greca nstabet ħatja fuq l-ammissjoni tagħha stess u ġiet ikkundannata għal sitt xhur priġunerija sospiżi, għal 18-il xahar.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Ivan Mifsud u Diane Agius flimkien mal-avukat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Neville Galea.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport