Anzjan ta’ madwar 80 sena miet waqt li kien qiegħed f’Buġibba. Għal xi ħinijiet kien hemm kommossjoni kbira hekk kif anzjan li kien miexi max-xatt, waqa’ l-baħar.
Hu tella’ l-art fejn ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, iżda ġie ċċetifikat mejjet fuq il-post.
Kelliem għall-pulizija qalu lil dan is-sit li l-anzjan miet b’mewta naturali.
Aktar kmieni: Raġel jitella’ mitluf minn sensien mill-baħar f’Buġibba
Raġel għadu kemm itella’ mill-baħar mitluf minn sinsieh f’Buġibba.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei li qegħdin jassistu lir-raġel.
