Tuesday, April 23, 2024

Sirjan jinżamm arrestat wara sejba ta’ 150 pakkett kokaina

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 39 sena nżamm arrestat wara li allegatament inqabad mill-pulizija b’150 pakkett kokaina fil-pussess tiegħu. 

Wasim Brghol kien mixli quddiem il-Maġistrat Nadine Lia b’pussess ta’ kokaina, liema droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. 

Huwa kien arrestat l-Erbgħa li għadda meta l-Pulizija kienet wettqet rejd f’garaxx f’Ħal Balzan u malli daħlu ġewwa sabu lir-raġel u minn tfittxija li saret fil-garaxx instabu madwar 150 pakkett b’sustanza bajda, allegatament droga kokaina, lesta għat-traffikar, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu iżda baqa’ jinżamm arrestat. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion. L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Mario Mifsu dehru għall-imputat. 

Sport