Wednesday, April 24, 2024

Jindarab gravi wara li waqgħet ġebla fuqu u spiċċa f’xaft fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:20 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Danny Cremona, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li żagħżugħ ta’ 20, residenti Ħaż-Żabbar sofra xi ġrieħi meta kien milqut minn ġebla li waqgħet fuqu u konsegwentament waqa’ ġo xaft.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Sport