Saturday, May 4, 2024

“S’issa f’pajjiżna ma ġewx rappurtati każi ta’ monkeypox”

L-Awtoritajiet avżaw lit-tobba biex f'każi suspettużi jinnotifikawhom minnufih

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-marda ‘Monkeypox’ li qegħdin nisimgħu aktar ta’ spiss dwarha fil-midja barranija qiegħda tinfirex sew bl-aħħar pajjiżi li rrapportaw każijiet ġodda jkunu Franza, l-Italja, l-Isvezja u l-Awstralja. Dawn il-pajjiżi huma l-aħħar grupp li kkonfermaw l-imxija wara li aktar qabel dan il-virus infetta nies fl-Istati Uniti, fi Spanja u fil-Portugal. 

Dan is-sit ikkuntattja lid-Dipartiment tas-Saħħa biex naraw jekk din il-marda daħlitx f’pajjiżna u f’każ li din tidħol, kif se nilqgħu għaliha. Kelliem għad-Dipartiment qal li, “s’issa ma ġewx irrapportati każijiet ta’ Monkeypox f’pajjiżna. Madanakollu l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib u avżaw lit-tobba biex jinnotifikaw lill-Awtoritajiet jekk ikun hemm każijiet suspettużi, li s’issa ma kienx il-każ”.

Id-Dipartiment tas-Saħħa spjega li t-trasmissjoni tal-Monkeypox tiġri meta l-bniedem jiġi f’kuntatt mal-virus minn annimal jew persuna infettata jew anke ma’ materjali kkontaminati bil-virus. “Madanakollu, is-sintomi ta’ dan il-virus huma normalment ħfief u t-trattament offrut jgħin biex itaffi s-sintomi. Ġeneralment, il-pazjenti jgħaddilhom f’perjodu ta’ bejn ġimagħtejn u erba’ ġimgħat,” temm il-kelliem.

Sport