Sunday, May 5, 2024

Sri Lanka tiffaċċja nuqqas kbir ħafna ta’ provvista ta’ ikel

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ Sri Lanka wissa li dan il-pajjiż qiegħed jiffaċċja nuqqas kbir ta’ provvista ta’ ikel u għalhekk wiegħed li l-Gvern se jkun qiegħed jintervjeni biex jinxtara biżżejjed fertilizzant għall-istaġun agrikolu li ġej biex b’hekk il-ħsad ikun wieħed tajjeb. 

Is-sitwazzjoni agrikola ġewwa dan il-pajjiż, li qiegħed jesperjenza kriżi kbira ekonomika, ħadet daqqa ta’ ħarta meta f’April li għadda l-President Gotabaye Rajapaksa kien ipprojbixxa l-użu tal-fertilizzant kimiku u dan wassal biex il-ħsad ikun batut ħafna. Minkejja li din il-projbizzjoni ġiet imneħħija, dan il-pajjiż xorta waħda għandu nuqqas kbir ta’ fertilizzant li qed iwassal għal kriżi kbira tal-ikel. 

Apparti dan kollu,  il-pajjiż qiegħed jesperjenza wkoll kriżi politika kbira b’għadd ta’ persuni joħorġu jipprotestaw u jitolbu għar-riżenja tal-President. Is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż hija tant akuta li l-gvern m’għandux biżżej­jed muniti barranin biex ikun jista’ jixtri provvista tal-elettriku adegwata.

Sport