Wednesday, March 27, 2024

Sit protett ta’ Natura 2000 … proposta ta’ estensjoni ta’ razzett toħloq rabja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għadd ta’ bdiewa fiż-żona tal-Imtaħleb qegħdin joġġezzjonaw bil-qawwi minħabba proposta ta’ żvilupp biex razzett li jinsab fiż-żona magħrufa bħala ‘Il-Ponta’ jkollu estensjoni. L-estensjoni li se tkun biex l-art tkun pavimentata u tinkludi xejn inqas minn 200 metru kwadru.

Il-bdiewa qed isostnu li dan l-iżvilupp mhux kompatibbli mal-ambjent rurali taż-żona.  L-istess bdiewa qed jgħidu li għal dan l-istess sit kien hemm diversi applikazzjonijiet qabel u li kollha ġew miċħudin.

inewsmalta.com tinsab infurmata li anki l-Awtorità  għall-Ambjent (ERA) qed toġġezzjona għal dan l-iżvilupp. Hi qed isostni li dan hu sit ta’ Natura 2000 u għandu jkun protett. L-ERA qed tgħid li jekk il-proposta tingħata l-permess se jinħoloq preċedent.

Ekonomija

Sport