Saturday, October 5, 2024

Sitt Maltin jitilgħu Newcastle għall-IPA Tour

Aqra wkoll

Sitt plejers Maltin jinsabu fil-belt Ingliża ta’ Newcastle sabiex jieħdu sehem fl-IPA Tour li qed isir f’dawn il-jiem. Fil-fatt, Gabriel Vella, Mason Mifsud, Keith Caruana, Kevin Schembri, Matthias Debono u Johan Attard telgħu biex jieħdu sehem f’dan it-turnew li hu wieħed ferm prestiġġjuż.

L-iktar plejer li avvanza għall-fażijiet l-aktar bikrin kien Johan Attard li wasal sas-semifinali tal-IPA Professional għalkemm safa’ megħlub mill-Ingliż Gavin Robinson 9-7. Aktar qabel hu elimina lil David Adinall (8-3), Cory Rees (8-6) u Craig Brown (9-6).

Mill-banda l-oħra, fl-IPA Open Attard wasal sal-fażi tal-aħħar tmienja meta ġie megħlub b’mod żvinturat minn Liam Dunster 7-6 f’logħba ferm viċin xulxin. Aktar qabel hu elimina lil Christian Philips (7-5) u David Adinall (7-3).

Sadanittant, il-plejer żagħżugħ Malti Matthias Debono kellu wirjiet tajbin fl-Amateur Open meta wasal sal-fażi tal-aħħar 64. Hu safa’ megħlub minn David Compton 6-5 għalkemm aktar qabel kien qala’ barra lil Jamie Ringham, John Brown u Mark McAllister Jr li kollha rebħilhom 6-4.

ħadu sehem ukoll Gabriel Vella li tilef iż-żewġ logħbiet li lagħab kontra Greg McMillan (6-5) u Regan Boyle (5-3) kif ukoll Mason Mifsud li rebaħ lil Daniel Brook 6-5 għalkemm tilef kontra Greg McMillan 6-2.

Keith Caruana tilef iż-żewġ logħbiet li lagħab kontra Jordan Parkinson 6-0 u Nikki Muttaugh 5-2 filwaqt li Kevin Schembri għeleb lil Dave Walker 6-3 u Anthony Grimly 6-0 sabiex wasal sal-fażi tal-aħħar sittax fl-Amateur Tour.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport