Thursday, November 14, 2024

Sitt persuni jmutu waqt għargħar u xita qawwija fil-Ġappun

Aqra wkoll

Minn ta’ lanqas sitt persuni tilfu ħajjithom kaġun ta’ għargħar u xita qawwija li niżlet f’dawn l-aħħar jiem fil-Ġappun. L-iktar reġjun milqut huwa dak ta’ Ishikawa li għadu qed jirkupra mit-trawma tat-terrimot li seħħ fil-Ġappun fil-bidu ta’ din is-sena.

Kawża tal-istess maltemp minbarra l-mewt tas-sitt persuni, għad hemm madwar għaxar persuni oħra rrapurtati nieqsa.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ġappuniża, Kyodo, rrapurtat li żewġ persuni minn dawk mejta, kienu f’mina, li ntlaqtet minn valanga ta’ tajn fil-belt ta’ Wajima. Huwa mifhum li fl-istess mina kienu qed isiru xi xogħlijiet ta’ tiswijiet wara li ġarrbet ħsara fit-terremot nhar l-Ewwel tas-Sena.

Ix-xita f’Wajima u fil-belt viċin ta’ Suzu laħqet id-doppju tal-livelli ta’ Settembru f’sena medja.

L-aġenzija meteoroloġika tal-Ġappun tat parir lir-residenti biex jibqgħu viġilanti. Il-Prim Ministru tal-pajjiż, Fumio Kishida, ta struzzjonijiet lill-uffiċjali biex jaraw xi ħsarat hemm u sabiexjikkoperaw mal-awtoritajiet lokali.

Ekonomija

Sport