Żieda ta’ każi attivi fl-Ingilterra qiegħed iħasseb serjament lill-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż.
It-Tlieta kienu rreġistrati aktar minn 53,000 każ ġdid kif ukoll 414 vittma tal-virus. L-isptarijiet fl-Ingilterra u Wales qed jikkuraw aktar pazjenti infettati bil-Covid-19 minn dawk li kienu qed jikkuraw f’April meta l-virus kien fl-eqqel fażi tiegħu.
Susan Hopkins qalet li minkejja li l-każi rrapurtati llum jinkludu xi każi li ġejjin minn żmien il-festi, dawn iċ-ċifri huma inkwetanti. Ġurnata biss qabel dan ir-rekord ta’ każi ġodda, kienu rreġistrati 40,000 każ ġdid. Għalkemm dan l-ammont huwa l-akbar ammont reġistrat, huwa maħsub li qabel beda l-ittestjar tal-massa, r-rata tal-infezzjoni kienet akbar minn hekk.