Parastoo Ahmadi, kantanta Iranjana ġie kkundannata 74 daqqa ta’ frosta wara li s-sentenza tagħha ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell tal-pajjiż.
Hija dehret tkanta f’filmat li tellgħet hi stess fuq il-profil tagħha fuq YouTube. Fil-filmat hija tidher libsa libsa bla kmiem u anke mingħajr hijab.
Skont il-liġijiet Iranjani l-ebda mara ma tista’ tilbes b’dan il-mod fil-pubbliku u huma obbligati li jgħattu rashom bil-hijab.
L-Iran kien beda proċeduri kontra l-kantanta ta’ 29 sena wara li l-filmat tagħha rawh madwar 3.2 miljun persuna.
Kien f’Ġunju li għadda li l-Qorti Kriminali f’Qom sabet lil Ahmadi u tmien membri tal-grupp mużikali tagħha ħatja li offendew id-diċenza pubblika permezz tal-pubblikazzjoni ta’ materjal oxxen u indeċenti.
Aktar minn hekk, apparti l-74 daqqa ta’ frosta huma ġew miżmuma milli jieħdu sehem f’attivitajiet mużikali u anke li ma jistgħux joħoru mill-pajjiż għal sentejn sħaħ.
Il-kantanta kienet qalet li kienet se tappella mis-sentenza kif fil-fatt għamlet, iżda l-Qorti ċaħdet dan l-appell mingħajr biss ma saret seduta.




