L-istudenti tal-kulleġġ St Edward’s bdew is-sena skolastika l-ġdida tagħhom bis-sejba ta’ Seqer tal-Ħannieqa protett ferut fil-grawnds tal-iskola.
Kienet Birdlife li fi stqarrija ħabbret dan kollu fejn stqarret ukoll li l-għasfur sofra ġrieħi kkawżati minn tiri ta’ senter.
Birdlife tgħid li |dan l-inċident jenfasizza l-ħtieġa għal żona ta’ 200 metru madwar l-iskejjel fejn ma tistax issir kaċċa, sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jitgħallmu mingħajr ma jkunu esposti għar-riskji u tfixkil assoċjati mal-kaċċa.”
Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta, Mark Sultana qal li din mhix l-ewwel darba li huma ġew imsejħa f’din l-iskola biex jiġbru għasfur protett.
Qal li dan qiegħed jiġri għax madwar l-iskola msemmija l-kaċċaturi qegħdin jitħallew jisparaw.
