Thursday, December 26, 2024

Skema ġdida li tgħin lin-negozji fil-konsum tal-enerġija … Investiment li jgħin lil kull negozju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Anthea Cachia

Illum tnediet skema b’investiment ta’ €15-il mijun b’allokazzjoni ta’ €5 miljuni fis-sena fuq perjodu ta’ ftit aktar minn sentejn.  

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li n-negozjanti kollha ta’ pajjiżna ikollhom apparat aktar addattat għan-neċessitajiet ta’ llum il-ġurnata u għalhekk jiġu pprovduti assistenza biex tiffaċilita l-investimenti f’soluzzjonijiet teknoliġiċi li għaldaqstant jipprovdu l-ogħla effiċjenza fl-enerġija. 

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investimenti u Intrapriżi, Silvio Schembri spjega kif, “din l-iskema se tgħin lin-negozji u lill-intrapriżi tagħna biex itejjbu l-apparat tagħhom biex b’hekk naraw li dak li qegħdin jinvestu fih fl-apparat tagħhom, ikun aktar addattat għan-neċessitajiet ta’ llum biex naraw li anke fejn jidħol il-konsum tal-enerġija ma’ jkunx hemm ħela u b’hekk pajjiżna jkun aktar effiċjenti.”

Din l-iskema se tkun ta’ benefiċċju għal kull negozju fil-gżejjer Maltin, kemm dawn in-negozji żgħar kif ukoll dawk kbar. Din l-iskema se tkun ta’ benefiċċju kbir biex in-negozji jingħataw l-aħjar għajnuna possibli bil-għan li tiżdied il-kompetitivita iżda wkoll li jgħinuhom bl-aħjar mod possibbli biex javvanzaw fl-investimenti meħtieġa mingħajr il-piż tal-ispejjeż, b’mod partikolari issa li l-pandemija laqtet lil diversi negozji. 

Din l-iskema se toffri ċifri differenti għan-negozjanti. Negozji kbar se jkunu eliġibbli li jiffrankaw 30% ta’ l-ispejjeż totali filwaqt li n-negozji żgħar se jiġu koperti 50%. Madanakollu dawk meqjusa bħala negozji medji se jingaħtaw 40%. Iċ-ċifra minima li wieħed għandu jonfoq biex ikun eliġibbli għal din l-iskema hija ta’ €10,000. 

Ekonomija

Sport