Wednesday, July 24, 2024

Skopert l-akbar qabar tal-massa fl-Ewropa

Aqra wkoll

Xjenzati fl-aħħar ġimgħat sabu dak li hu maħsbu l-akbar qabar tal-massa fl-Ewropa. Dan instab fil-belt Ġermaniża ta’ Nuremberg u fih hemm mill-inqas 1,000 katavru.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jirriżulta li dawn mietu bil-pesta u ġew midfunin hemm hekk kif l-Ewropea kienet qiegħda tiġġieled din il-pandemija. Dakinhar kienet mietet 60% tal-popolazzjoni tal-Ewropa.

Ix-xjenzati qegħdin jgħidu li din is-sejba hija importanti ħafna biex tkompli tkun studjata l-istorja ta’ dak il-perjodu. Marcus König is-Sindku ta’ Nuremberg qal li dak skopert mhux biss se jgħin fl-istorja tal-belt iżda anke ta’ reġjuni oħrajn fil-Ġermanja.

Fil-qabar tal-massa nstabu numru kbir ta’ tfal u anzjani. Issa se jsibu diversi studji fuq l-għadam li nstab fosthom testijiet tad-DNA.

Ekonomija

Sport