Sliema ASC ħabbru li l-akkademja tagħhom se tkun magħrufa uffiċjalment bħala Sliema ASC x BIWPA Academy, wara ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ BIWPA (Barcelona International Waterpolo Academy), waħda mill-aktar akkademji magħrufa internazzjonalment ibbażata f’Barcelona.
Din is-sħubija tirrappreżenta pass importanti ’l quddiem fl-impenn tal-klabb biex jiżviluppa ġenerazzjoni ġdida ta’ atleti, billi jipprovdi aċċess għall-esperjenza internazzjonali u metodoloġija moderna ta’ taħriġ. L-akkademja se tiffoka fuq l-iżvilupp tekniku, tattiku u fiżiku tal-plejers żgħażagħ.
Sliema ASC għandhom tradizzjoni qawwija fl-iżvilupp tat-talent fil-water polo Malti, u dan il-proġett il-ġdid se jkompli jsaħħaħ il-passaġġ lejn livell għoli kemm mal-klabb kif ukoll mat-tim nazzjonali.

