Marsakala…………………8
Sliema……………………..16
(1-6, 1-3, 4-3, 2-4)
Wara t-telfa kontra r-rivali eterni Neptunes bl-iskor ta’ 12-11, Sliema rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 16-8.
Is-Slimiżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-1, bil-goals jaslu minn Dino Zammit, Andrija Prlainovic (3), Jamie Gambin u Jayden Cutajar. Mark Carani minn man-up wara li tkeċċa Andrija Prlainovic skorja l-uniku goal għall-Iskalin.
Sliema rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers tagħhom ikunu Dmitri Kholod, Elijah Schembri u Jayden Cutajar. Kyle Navarro minn man-up wara li tkeċċa Jayden Cutajar wieġeb għal Marsaskala.
Marsaskala wettqu reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3, bil-protagonisti jkunu Gerald Sammut, Paul Privitera u Benice Batori (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u t-tieni minn man-up wara li tkeċċa Matthew Mifsud. Dino Zammit u Dmitri Kholod (2) wieġbu għas-Slimiżi.
Sliema rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers ikunu Dino Zammit, Benji Cachia, Elijah Schembri u Jayden Cutajar. Jake Ciantar u Mark Carani rrispondew għalI-Iskalin.
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Ferenc Salamon, 7-Kyle Navarro (1), 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani (2), 13-Aidan Muscat, 14-Bence Batori (2), 15-Francesco Scardino Coach: Arpad Babay
Sliema:1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 4-Jamie Gambin (1), 5-Zach Mizzi, 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar (3), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Dmitrii Kholod (3), 11-Andrija Prlainovic (2), 12-Dino Zammit (3), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri (2), 15-Sam Engerer Coach: Dejan Savic
Referees: Richard Magri, Stefano Scappini