Sliema Wanderers…..1
Hamrun Spartans …..1
Minn Cristian Muscat
Sliema Wanderers u Hamrun Spartans temmew fi draw ta’ 1-1 iżda fallew żewġ punti kull wieħed fit-tentattiv tagħhom li jtemmu fl-ewwel post tal-Closing Round.
Fl-ewwel taqsima, Ħamrun Spartans ħarġu frem aggressivi iżda kienu l-Wanderers li wara sitt minuti logħob resqu viċin li jiftħu l-iskor fl-14-il minuta meta Vito Plut avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda sab lill-goalkeeper, Henry Bonello, attent li dawwar f’corner.
Fis-27 minuta Sliema reġgħu resqu qrib li jsibu x-xibka meta Plut tefa’ cross fil-baxx mil-lemin li sab lil Wescley Matos da Silva iżda għal darb’oħra Bonello b’kapaċità kbira tajjar il-ballun.
Hamrun wieġbu fl-40 minuta meta Ryan Camenzuli għadda lejn Joseph Mbong iżda ġie antiċipat minn Jean Borg fil-mument li seta’ jikkonkludi.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, il-Wanderers heddew minn cross ta’ Myles Beerman mix-xellug u Wescley Matos da Silva għola tajjeb, dawwar il-ballun bir-ras iżda sab lil Bonello li salva tajjeb.
Fid-49 minuta, Plut ittanta xortih b’xutt mid-distanza hekk kif Bonello kien barra l-lasti, iżda l-ballun intemm ftit barra. Tliet minuti wara, il-Wanderers fetħu l-iskor meta Steven Pisani għadda pass fit-tul li sab lil VITO PLUT li qabeż lil Henry Bonello u b’eleganza tefa’ ġewwa.
Sitt minuti wara Hamrun għamlu l-iskor indaqs meta wara diżattenzjoni fid-difiża ta’ Sliema, Ryan Camenzuli tefa’ cross mix-xellug li l-goalkeeper, Kelvin Emeka Agu, naqas jinnewtralizza b’Joseph Mbong bir-ras jgħaddi tajjeb lejn RAPHAEL LOPES SILVA li żmarkat għal kollox tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fil-71 minuta, l-istess Lopes Silva kien sfortunat meta kellu xutt tajjeb minn tarf il-kaxxa li stampa mal-wieqfa bis-Slimiżi jeħilsuha ħafif.
Fis-87 minuta, Carlos Menacho għadda lejn Ryan Camenzuli li pprova jikkonkludi iżda l-goalkeeper tal-Wanderers Emeka Agu kien attent u salva l-ballun f’corner.
Minuta qabel tmiem il-ħin regolamentari, Wescley Matos da Silva ta’ Sliema kellu t-tentattiv tiegġu mill-viċin salvat tajjeb minn Bonello.
SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (10-Maksym Priadun 82), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley Da Silva Matos, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani, 77-Mohamed Awad (21-Kyrian Nwoko 82) – Coach: Paul Zammit
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freita Da Silva, 27-Ognjen Bjelicic, 29-Kairou Abdoul Amoustapha (92-Cesar Menacho 17), 91-Emerson Marcelina (33-Mayron 46), 94-Ryan Camenzuli, 97-Mihael Klepac (6-Daniel Letherby 73), 99-Raphael Lopes Silva – Coach: Winston Muscat
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Roberto Vella, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Ishmael Barbara
SKORERS: V. Plut 52 (SW), R. Lopes Silva 58 (HS)
AMMONITI: O. Bjelicic, E. Freitas da Silva (HS), V. Plut, M. Priadun (SW)