Tuesday, December 24, 2024

Sliema Wanderers jaċċertaw mit-tielet post

Aqra wkoll

GUDJA UNITED………… 0

SLIEMA WANDERERS… 6

F’partita mingħajr l-ebda storja, Sliema Wanderers għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 6-0 biex aċċertaw mit-tielet pożizzjoni.B’hekk huma ssiġillaw posthom fil-UEFA Conference League. 

Ta’ nota huwa l-fatt li dan il-konfront irrapreżenta konfront bejn il-missier u l-iben – il-coach ta’ Sliema Wanderers, Paul Zammit, u l-player ta’ Gudja United, Gianluca Zammit.

Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta Mohamed Awad kellu x- xutt tiegħu devjat f’corner minn difensur avversarju.

Huma komplew fuq l-offensiva u tliet minuti wara rebħu penalty meta James Arthur twaqqa’ fil-kaxxa. Mill-11-il SAMUEL GOMES DA MATA ma żbalajx hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fl-14-il minuta huma rduppjaw meta MOHAMED AWAD minn taħt il-lasti xeħet fix-xibka. U proprju ħames minuti wara, għamluhom tlieta meta minn azzjoni ta’ corner, JOSEPH MINALA skorja minn daqqa ta’ ras.

Fil-ground kien hemm team wieħed biss u ma kienet l-ebda sorpriża li fil-45 minuta VITO PLUT ikkonkluda mill-pass ta’ Mohamed Awad.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema komplew bl-istess ritmu u fil-50 minuta rebħu penalty mera Rodriguez Nanitelamio waqqa’ lil Vito Plut fil-kaxxa u mill-11-metru MYLES BEERMAN ma żbaljax.

Fis-57 minuta, is-Slimiżi għaqqdu din il-goleada meta skorjaw is-sitt goal meta Awad serva lil GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG li minn pożizzjoni ideali, ma ħafirx.

Gudja U.: 90-Justin Spiteri, 4-Jamie Cutajar (10-Gianluca Lorenzoni 64), 7-Shaisen Attard (9-Ibrahim Salis 84), 17-Josimar Aldair Quintero, 19-Mathias Conti, 21-Luca Gatt (27-Saviour Nwafor 80), 28-Rodrigue Nanitelamio, 39-Zak Grech, 77-Aidan Jake Friggieri, 92-Godwin Ime Joseph, 99-Gianluca Zammit (8-Ernesto Gentile 80) – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg (4-Miguel D’Alessandro 76), 6-Joseph Minala (18-Edmond Agius 60), 9-Vito Plut (14-Nicholas Strickland 69), 10-Samuel Gomes Da Mata, 11-Myles Beerman, 13-James Arthur, 15-Gustavo Alcino, 20-Denis Koauao (70-Lydon Micallef 69), 33-Geoffrey Edwin Acheemong, 77-Mohamaed Awad (7-Jake Engerer 60) Coach: Paul Zammit

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Alan Camilleri, David Castillo

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: S. Gomes Da Mata pen. 13, M. Awad 14, J. Minala 18, V. Plut 45, M. Beerman pen. 51, G. E. Achempong 56 (S)

Player tal-Logħba: Geoffrey Acheampong (SW)

Ekonomija

Sport