Saturday, December 21, 2024

Snooker: Malta tikseb it-tielet rebħa nfila peró xorta nispiċċaw it-tielet

Aqra wkoll

Waqt l-aħħar jum tal-ħdax il-edizzjoni tal-5 Nations International Challenge Cup tas-Snooker li ġew organizata f’Edinburgh, l-Iskozja, Malta kellha ġurnata oħra fuq nota posittiva wara li rebħu lil Franża bil-punteġġ ta’ 17-10.

Peress li r-rebbieħ ta’ dan tournament internazzjonali jkun dak il-pajjiż li jirbaħ l-akbar numru ta’ frames, it-total ta’ 60 frame li rebħu l-players Maltin matul dawn l-aħħar tliet t’ijiem kien suffiċenti biex nispiċċaw fit-tielet post wara l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq. Fil-fatt Malta minn erbgħa lobgħiet tilfet darba biss, bi skor minimu, fl-ewwel ġurnata.

L-aħħar avversarji ta’ Malta kienu Franza u wieħed jista’ jqis li statistikament din kienet l-aħjar wirja tat-tim Malti. Fil-fatt minn disa’ logħbiet żewġ players biss ma’ rebħux tant li kemm fil-kategorija tal-irġiel u anke’ żgħażagħ il-players Maltin rebħu kull konfront. F’dawn il-ħames logħobiet l-iskor finali kien identiku, dak ta’ 2-1. Fil-kategorija tal-irġiel Joseph Casha, Chris Peplow, Arthur Cachia u Isaac Borg rebħu kontra Gauvain Bazin, Youseff Lahlou, Yann Lanvin u Philippe Broto rispettivament filwaqt li ż-żagħżugħ Luke Pace għeleb lil Malo Dory.

Fit-taqsima tal-Masters kemm Philip Ciantar u Arthur Cachia kkonfermaw li kienu fost l-aqwa players f’din il-kategorija matul it-tournament wara li rebħu 3-0 kontra Marc Choullier u Christophe Rives Lange. Fil-fatt minn tnax il-frame li lagħbu matul it-tliet t’ijiem Ciantar u Cachia tilfu biss żewġ frames. Il-players l-oħra Maltin f’din kategorija ġarbu telfiet, Ivan Attard tilef kontra David Gauthier, 2-1 filwaqt li Emanuel Mallia tilef 3-0 kontra Jerome Chatet.

L-Iskozja rebħet din l-edizzjoni biex niżlet isimha għall-ewwel darba bħala rebbieħa wara li l-għaxar edizzjonijiet preċedenti ntrebħu mir-Repubblika tal-Irlanda (seba’ darbiet) u l-Irlanda ta’ Fuq (tliet darbiet).

Fil-klassifka finali Malta spiċċat fil-tielet post wara l-Iskożja u l-Irlanda ta’ Fuq. Għall-Iskozja kienet determinanti l-ewwel logħba, il-Ħamis li għadda, wara li rebħu lil Franza b’punteġġ kbir ta’ 24-3 filwaqt l-Irlanda ta’ Fuq kienu l-uniku team li għelbu lil Malta u bis-saħħa ta’ din ir-rebħa kisbu numru ta’ frames vantaġġ.

Waqt iċ-ċeremonja tal-għeluq u l-preżentazzjonijiet reġa ġie kkonfermat li Malta ser tospita l-edizzjoni li jmiss fis-sena 2024.

Ekonomija

Sport