Saturday, December 21, 2024

Snooker: Tintemm l-avventura tal-Maltin waqt il-Kampjonat tal-Masters

Aqra wkoll

Il-ħames jum tal-Kampjonati Ewropew tal-Masters tal-Irġiel tas-Snooker li qed isiru f’Albufiera, l-Portugal, kienet tfisser it-tmiem tal-avventura tal-players Maltin wara li t-tim kompost minn Arthur Cachia u Frans Mintoff tilfu l-konfront tagħhom fil-fażi tal-aħħar 16.

It-Tnejn, il-players Maltin kienu impenjati f’sitt logħbiet li minnhom rebħu waħda biss. Din ir-rebħa waslet fl-aħħar logħba tal-gruppi għat-tim Malta 2 ta’ Arthur Cachia u Frans Mintoff li għelbu, 3-2, lil Marcin Nitschke/Jarosław Kowalski tat-tim Pollakk 1 bil-punteġġi ta’ 79-32, 43-45, 42-69, 58-17, 70-5. It-tim Malta 2 rebaħ il-logħbiet kollha u rebaħ Grupp H biex avvanza direttament għal fażi tal-aħħar 16.

Tard fil-għaxija fil-logħba tal-aħħar 16, Malta 2 iltaqa’ ma Belġju 2 ta’ Alain Vandersteen u Edwin Depoorter fejn kienu dawn tal-aħħar li rebħu, 3-2, bil-frame deċisiv seta’ mar kull naħa.

Aktar kmieni ż-żewġ timijiet l-oħra Maltin tilfu l-aħħar logħba tal-fażi tal-gruppi biex sfaw eliminati. It-tnejn tilfu bil-punteġġ ta’ 3-2, Malta 1 ta’ Alex Borg u Philip Ciantar tilfu kontra Skozja 1 (Gary Thomson/Michael Philbin) filwaqt li Malta 3 iffurmat minn Ivan Attard u David Zammit fallew kontra Franza 2 (David Gauthier/Jean-Christophe Margontier).

Fis-sessonijiet ta’ wara nofs in-nhar saru l-logħbiet tal-aħħar 32 tal-kategorija tal-individwali. Philip Ciantar u Frans Mintoff, it-tnejn kellhom polza kontra ex players professjonali tas-snooker u t-tnejn sabuha diffiċli, tant li t-tnejn tilfu 4-0. Ciantar kontra l-Belġjan, Peter Bullen u Mintoff kontra l-Ingliż, Craig Steadman.

Fil-ġranet li ġejjin xi players Maltin inkluż iċ-champion renjanti, Aaron Busuttil ser jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tas-Six Reds u x-Shoot Out filwaqt li l-Ħadd li ġej jingħata bidu għal Kampjonat Ewropew tat-timijiet tal-irġiel fejn Malta ser tkun rappreżentata bi tliet timijiet. It-tliet timijet Maltin ser ikunu ffurmati hekk; Malta 1 – Aaron Busuttil u Chris Peplow, Malta 2 – Alex Borg u ibnu Isaac Borg, Malta 3 – Joseph Casha u Philip Ciantar.

Tintemm l-avventura tal-Maltin waqt il-Kampjonat tal-Masters

Ekonomija

Sport