Kantant maħbub fix-xena mużikali Koreana, Choi Whee-sung, instab mejjet fid-dar tiegħu wara li skont l-awtoritajiet lokali tah attakk tal-qalb. Il-kantant Wheesung kellu 43 sena u skont rapporti fil-midja, “ammont konsiderevoli” ta’ ħin għadda sakemm il-katavru tiegħu nstab.
Skond il-midja lokali dan il-kantant instab mitluf minn sensih nhar it-Tnejn billejl mill-membri tas-sokkors wara li ommu stess ċemplet għall-għajnuna.
Filwaqt li kellu ppjanat kunċert flimkien mal-artist KCM fi tmiem din il-ġimgħa fil-belt ta’ Daegu, fl-aħħar messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali huwa kiteb, “irnexxieli nonqos mill-piż. Narakom fil-15 ta’ Marzu”.