Saturday, December 21, 2024

Sospiż ġuri tas-suspettat fl-għajbien ta’ McCann minħabba kitba fuq il-midja soċjali mill-Imħallef

… Brückner kellu jidher fuq każijiet relatati ma’ reati sesswali

Aqra wkoll

F’Qorti Portugiża kellu jibda l-ġuri ta’ Christian Brückner; is-suspettat ewlieni dwar l-għajbien ta’ Madelein McCann, b’rabta ma’ każijiet relatati ma’ reati sesswali. Minkejja kollox, dan il-ġuri kellu jiġi sospiż b’ġimgħa u se jkun qiegħed isir il-Ġimgħa li ġej. 

Dan hekk kif, ftit wara li bdew il-proċeduri fl-istess qorti l-avukat tal-akkużat qal li kellu oġġezzjoni dwar wieħed mill-Imħallfin. L-avukat ilmenta li waħda mill-Imħallfin kienet kitbet kliem dispreġġjativ fil-konfront tal-president Brażiljan, Jair Bolsonaro, fuq il-pjattaforma X  magħrufa l-iktar bħala Twitter. Hija kienet kitbet il-kliem “Kill the bastard”.  

L-avukat sostna li dan kollu jindika li hi bħala Imħallef mhijiex denja li timxi mal-istat fuq id-drittijiet tal-bniedem. Kien għalhekk li l-Qorti ġiet differita sabiex tittieħed deċiżjoni dwar dan kollu. 

Brückner diġà qiegħed jiskonta sentenza ta’ ħabs wara li kkommetta stupru fuq anzjana Portugiża fl-istess żona li dehret l-aħħar fiha dak iż-żmien iċ-ċkejkna McCann qabel ma għebet.

Ekonomija

Sport