Saturday, August 15, 2026
Home Internazzjonali Spanja milquta minn terremot

Spanja milquta minn terremot

0
2

Fi Spanja qrib il-belt ta’ Granada seħħ matul il-lejl li għadda seħħ terremot ta’ qawwa 5.5. Konsegwenza ta’ dan kien hemm xi bini li ġġarraf għalkemm s’issa kollox qiegħed jindika li ma kien hemm l-ebda vittmi.

It-terremot seħħ fis-1.04am u ħafna mir-residenti ħarġu fit-toroq fejn għamlu lejl sħiħ. L-awtoritajiet Spanjoli qegħdin jagħtu l-għajnuna kollha lil dawk milqutin.

It-theżżiża nħasset ukoll minn Málaga, Córdoba u Seville.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here