Kien ilbieraħ filgħodu meta f’Valle Talloria fil-provinċja ta’ Cuneo seħħ inċiden traġiku hekk kif tfajla ta’ 22 sena tilfet ħajjitha traġikament.
Lucia Casavecchia ta’ 22 sena ntlaqtet minn trakter li kien misjuq minn zijuha hekk kif kienet fl-għelieqi tal-familja jaqtgħu l-għeneb.
Informazzjoni fuq il-midja Taljana qalet li Lucia kienet qiegħda tgħin lill-familja hekk kif għandhom negozju tal-għeneb. Kien għall-ħabta tad-9.00am meta għal xi raġuni zijuha għadda minn fuqha bit-trakter.
Il-familja Casavecchia hija magħrufa sew f’dan ix-xogħol hekk kif ilha f’din l-industrija għal aktar minn 100 sena. Illum dan in-negozju kien qiegħed jitmexxa minn missier il-vittma u zijuha.




