Saturday, November 7, 2026
Home Sport Spanja tista’ terġa’ tikkunsidra l-irwol tagħha bħala waħda mill-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja 2030 

Spanja tista’ terġa’ tikkunsidra l-irwol tagħha bħala waħda mill-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja 2030 

0
34

Spanja tista’ terġa’ tikkunsidra l-involviment tagħha fl-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2030 jekk il-Marokk jingħata d-dritt li jospita l-finali. 

Alberto Nunez Feijoo, mexxej tal-Partit Popolari tal-oppożizzjoni fi Spanja, qal li pajjiżu għandu jirtira mill-organizzazzjoni jekk il-partita deċiżiva tintlagħab fil-Marokk. 

Dan tal-aħħar qed jimbotta biex il-finali ssir fil-Grand Stade Hassan II, qrib Casablanca, li huwa ppjanat li jakkomoda madwar 115,000 spettatur. 

Spanja, min-naħa tagħha, qed tipproponi s-Santiago Bernabeu f’Madrid jew il-Camp Nou f’Barcelona. Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez u l-coach nazzjonali Luis de la Fuente esprimew ix-xewqa li l-finali ssir fi Spanja. 

Il-FIFA għadha ma ħaditx deċiżjoni dwar il-grawnd li se jospita l-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here