Saturday, December 14, 2024

Sparatura f’Baltimore: Tnejn maqtula u 28 oħra midruba

Aqra wkoll

Żewġ persuni nqatlu u 28 oħra sfaw midruba fi sparatura tal-massa li seħħet fl-aħħar sigħat fil-belt Amerikana ta’ Baltimore. Fost il-vittmi hemm tliet persuni li jinsabu f’kundizzjoni kritika.

L-inċident seħħ fiż-żona ta’ Brooklyn Homes, fejn in-nies kienu miġbura għall-avveniment imsejjaħ “Brooklyn Day.”

Il-midja internazzjonali rrapportat li ġew sparati bejn 20 u 30 tir u sa issa għad m’hemmx informazzjoni dwar l-allegat aggressur.

Is-Sindku ta’ Baltimore Brandon Scott qal li mhux se jieqfu sakemm jinstab is-suspettat. “Mhux se nieqfu sakemm insibuk, u se nsibuk. Sa dakinhar nittama li kull nifs li tieħu, taħseb dwar il-ħajjiet li ħadt.”

Għad ma saru l-ebda arresti wara l-isparatura, bis-Sindku ta’ Baltimore jitlob biex kull min għandu xi informazzjoni jersaq ‘il quddiem biex jgħin lill-investigaturi jaslu għal dawk responsabbli għall-isparatura.

Ekonomija

Sport