Wednesday, July 24, 2024

Spiċċa qala’ diversi uffiċjali wara li prova “jbeżża’ ftit” qariba b’pistola falza

Aqra wkoll

Diversi uffiċjali tal-Pulizija f’Għawdex flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex spiċċaw inqalgħu bla bżonn fi Triq is-Sajjied f’Marsalforn.

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tas-2:30 p.m il-pulizija rċeviet sejħa għall-għajnuna fl-imsemmija triq wara li raġel beda jibgħat ritratti lil persuna oħra, liema ritratti kienu jinftehmu li r-raġel seta’ jweġġa’ lilu nnifsu b’pistola. 

Il-Pulizija flimkien ma’ tim mediku waslu fuq il-post ftit ħin wara bil-pulizija tipprova tinnegozja miegħu biex joħroġ. F’operazzjoni kkordinata bl-aktar mod professjonali l-Pulizija ftit li xejn fdat lir-raġel u fi ftit ħin daħlu fir-residenza u kkonfiskawlu l-arma li rriżulta li kienet pistola falza. 

Sorsi qrib dan is-sit ikkonfermaw magħna li fir-ritratti mibgħuta mir-raġel huwa saħansitra dellek xi affarijiet ma’ wiċċu biex “ibeżża’ ftit” lil din il-qariba.

Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport