Wednesday, December 25, 2024

Sport: l-ewwel 6 xhur tas-sħubija ma’ gym b’ xejn għaż-żgħażagħ li twieldu fl-2005, 2006 u 2007

Aqra wkoll

Dwar l-Isports, il-Minsitru Caruana spejga li l-Gvern se jkompli jagħti prijoritá lill-eżerċiżżju fiżiku u s-settur tal-isport. Semma’ li għalhekk s-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed iħallas l-ewwel sitt xhur tas-sħubija ma’ gym għaż-żgħażagħ li twieldu fl-2005,2006 u 2007.

Qal ukoll li matul l-aħħar snin is-settur tal-isports ingħata importanza kbira fuq diversi livelli u li l-Gvern se jibqa’ għaddej b’ħidma u impenn permezz ta’ titjib infrastrutturali u investiment dirett fl-atleti u sportivi.

Se tkompli għaddejja l-ħidma marbuta mal-proġett tat-trakka

Il-Ministru Caruana qal li l-Gvern se jara wkoll li din is-sena tkompli għaddejja l-ħidma marbuta mal-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport, b’koordinament mal-Malta Motorsport Federation. Spjega li fost il-ħidma, il-Gvern se jkun qed jgħaddi t-titli kollha tal-artijiet tat-trakka lil din il-Federazzjoni.

Il-Ministru Caruana qal ukoll li din is-sena se jibda x-xogħol marbut mal-ewwel fażi strutturali tal-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport

Ekonomija

Sport